Festa Tal-Festi - GHAD-DELL TA’ L-AKWADOTT - Malta Baby & Kids

Festa Tal-Festi – GHAD-DELL TA’ L-AKWADOTT

  IL-FESTA TAL-FESTI – GHAD-DELL TA’ L-AKWADOTT FI FLEUR DE LYS – IL- HADD 6 TA’ MEJJU   Meta ninsabu fuq l-ghatba ta’ stagun iehor tal-festi Maltin, il-Kumitat Amministrattiv ta’ Fleur De Lys bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru ta’ l-Intern u Affarijiet Parlamentari flimkien ma’ l-Awtorita tat-Turizmu, ser itellghu attivita bis-sehem ta’ diversi Ghaqdiet li jorgannizzaw il-festi f’Malta […]

  • Date & Time
    • May 6, 2012

 

IL-FESTA TAL-FESTI – GHAD-DELL TA’ L-AKWADOTT FI FLEUR DE LYS – IL- HADD 6 TA’ MEJJU
 
Meta ninsabu fuq l-ghatba ta’ stagun iehor tal-festi Maltin, il-Kumitat Amministrattiv ta’ Fleur De Lys bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru ta’ l-Intern u Affarijiet Parlamentari flimkien ma’ l-Awtorita tat-Turizmu, ser itellghu attivita bis-sehem ta’ diversi Ghaqdiet li jorgannizzaw il-festi f’Malta bhala preludju u merhba lil stagun iehor tal-Festi.
 
Il-“Festa tal-Festi” ser issir nhar il-Hadd 6 ta’ Mejju ghad-dell ta’ l-Awkwadott ta’ Fleur De Lys bejn l-10 a.m u s-6 p.m u qed tkun ikkordinata minn Leon Promotions.
 
F’din l-attivita ser ikun hemm ghal wiri diversi affarijiet konnessi mall-festi Maltin bhal bandalori, standardi, kolonni, statwi, ritratti, souvenirs, armar tal-marcijiet, kif ukoll snajja marbuta ma’ l-istess festi bhalma huma x-xoghol tal-liedna. Dan kollu ser jigi pprezentat minn diversi Ghaqdiet tal-Festi li gejjin mill-Balluta, Hal Balzan, Birzebbugia, Birgu, Birkirkara, Fgura, Fleur De Lys, Ghaxaq, Gudja, Kalkara, Kirkop, Marsa, Marsascala, Paola, Qormi, Valletta, Zabbar, Floriana, Zejtun, Rabat u Santa Venera.
 
Apparti hekk, ser ikun hemm ukoll diversi stands ta’ artigjanat Malti u anke prodotti lokali bhalma huam bizzilla, skultura, ganutell, fuligranu, newl, pittura, etc
 
Ma jonqosx sintendi l-ikel u x-xorb varjat li jvarja minn dak tradizzjonali Malti nkluz hlewwiet bhalma huma mqaret u qubbajt kif ukoll inbejjed u xorb divers.   Apparti hekk, ghat-tfal ser ikun hemm ukoll stands ta’ loghob bhalma huma bouncing castles, ferrovija, etc.
 
Tul il-gurnata kollha ser ikun hemm ukoll programm shih ta’ spettaklu folkloristiku u anke b’rabta mall-festi Maltin, bis-sehem ta’ marci minn baned, id-duos folkloristici Benny & Tonia u Greenfields u l-gruppi folkloristici Ghawdxin Tal-Fuklar Folk Group u Sinet Folk Group.